Press Release

L-ASSOĊJAZZJONI TAL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI GĦAWDXIN – THE ICE FACTOR

Published on January 18, 2021

 

L-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin hija kburija li qed tissieħeb fl-avveniment virtwali The ICE Factor li qed jiġi organizzat minn Parallel66. L-avveniment twil ġurnata sħiħa se jsir nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Jannar 2021. 

L-avveniment bit-titlu xieraq The ICE Factor se jipprovdi opportunità unika għal dawk involuti f’organizzazzjonijiet volontarji u 
mhux governattivi biex jitgħallmu aktar dwar kif jinnovaw, jikkollaboraw u jevolvu sabiex ikunu 
jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi l-ġodda li qed iħabbat wiċċu magħhom il-volontarjat matul dawn iż-żminijiet inċerti. 

Fi kliem Martin McDonald (Parallel66 Chief Exploration Officer), il-parteċipanti għandhom ‘jistennew dak li mhux mistenni!’. Matul dan l-avveniment uniku, il-kelliema se jkunu qed jaqsmu ideat dwar strateġiji ġodda li jeħtieġ li jiġu adattati mis-settur sabiex jilħqu l-isfidi mhux previsti. Huma għandhom l-għan li jrawmu fost il-parteċipanti ħsieb innovattiv immirat lejn is-sostenibbiltà finanzjarja. 

L-esperti li se jkunu qegħdin  tal-avveniment ġejjin mill-irkejjen kollha tan-negozju, il-gvern u l-filantropija, u jinkludu personalitajiet bħal Mark Weingard, Fundatur ta’ Iniala u l-Fondazzjoni Inspirasia; Mark Gallagher, Direttur Maniġerjali ta’ Performance Insights; Keith Marshall, Uffiċjal Kap tal-Filantropija fil-Fondazzjoni SIGMA; Wesley Ellul, Kofundatur u COO ta’ Quizando; Justin Mifsud, Kofundatur u CTO fil-World Pro Racing; Kristina Pisani, Fundatriċi ta’ SII; Nathan Farrugia, atleta u negozjant; u Martin McDonald, Uffiċjal Ewlieni tal-Esplorazzjoni f’Parallel66; fost l-oħrajn. 

L-ebda persuna, organizzazzjoni, ditta jew interessati fi/jew involuti fil-volontarjat, filantropija u xogħol fil-komunità jew ir-responsabbiltà soċjali korporattiva intelliġenti m’għandhaom jitilfu din il-konferenza. Huwa avveniment li M’GĦANDUX JINTILEF! 

L-aġenda sħiħa hija disponibbli hawn: https://www.theicefactor.com/agenda

Ir-reġistrazzjoni hija b’xejn u tista’ ssir permezz tal-websajt: https://www.theicefactor.com/register/.